STQARRIJA MA?RU?A MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI G?ALL-PRESIDENZA UE 2017 U G?ALL-FONDI EWROPEJ: Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ?abbar ?ew? skemi o?ra b’valur ta’ Euros 6 miljuni b?ala parti mill-inizjattiva Business Enhance ERDF Grant Schemes

Is-Segretarju Parlamentari g?all-Presidenza UE 2017 u g?all-Fondi Ewropej Ian Borg ?abbar it-tnedija ta’ ?ew? skemi o?ra fi ?dan l-inizjattiva Business Enhance ERDF Grant Schemes, l-E-Commerce Grant Scheme u l-SME Consultancy Services Grant Scheme.

Dawn i?-?ew? skemi jindirizzaw prijoritajiet ta?t il-Programm Operattiv I Politika ta’ Koe?joni 2014-2020 ‘It-trawwim ta’ ekonomija kompettitiva u sostenibbli li tilqa l-isfidi tag?na’.

Is-Segretarju Parlamentari Borg stqarr li l-kummer? elettroniku jippre?enta opportunitA� lin-negozji sabiex jisfruttaw il-potenzjal tag?hom billi jil?qu swieq ?odda u jikbru partikolarment fil-bejg? online.

Fi ?mien meta l-SMEs lokali g?adhom qed jag?mlu l-bidla g?all-kummer? elettroniku l-E-Commerce Grant Scheme b’allokazjoni ta’ Euros 5 miljuni ser tg?in lill-intrapri?i ?g?ar u medji permezz ta’ g?otja sa massimu ta’ Euros 5,000 li tkopri sa 50% tal-ispi?a eli?ibbli sabiex ji?viluppaw websites jew mobile applications li jippermettulhom ibieg?u l-prodotti jew is-servizzi tag?hom online. Din l-iskema tindirizza l-objettiv tal-Ass Prijoritarju 2: ”Il-konsolidazzjoni tal-investiment fi ?dan is-settur tal-ICT’.

Is-Segretarju Parlamentari Borg spjega li l-SME Consultancy Services Grant Scheme b’allokazzjoni ta’Euros 1 milljun ser tg?in lill-intrapri?i ?g?ar u medji ja??essaw servizzi ta’ konsulenza b’g?otja sa massimu ta’ Euros 4,000, sabiex ji?viluppaw business plans, feasibility studies, process and system reviews u organisational and operations reviews. Din l-iskema tindirizza l-objettivi tal-Ass Prijoritarju 3: ‘It-tittjib tal-KompetittitvitA� permezz tal-investiment fl-SMEs’

Dawn l-iskemi ser ikunu immani??jati permezz ta’ open rolling-call u l-applikazzjonijiet ser jibdew jintlaqg?u mil-lum 10 ta’Novembru, 2016.

Is-Segretarju Parlamentari Borg ikkonkluda d-diskors tieg?u billi qal li bit-tnedija ta’ dawn i?-?ew? skemi tal- Business Enhance ERDF Grant Schemes li huma amministrati u mmani??jati mill-Measures and Support Division fi ?dan il-Ministeru tal-Affarjiet Ewropej u t-Twettieq tal-Manifest Elettorali ser ikunu t?abbru total ta’ Euros 31 miljun fi skemi ma?suba apposta sabiex jassistu lill-intrapri?i ?g?ar u medji. Is-Segretarju Parlamentari Borg irringrazzja lill-MCA u l-GRTU tal-kollaborazzjoni tag?hom sabiex kienet ?viluppata din l-iskema.

Source: Government of Malta