STQARRIJA MILL-MINISTERU G?AD-DJALOGU SO?JALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ?IVILI: Mezzi ta’ rimedju li huma effettivi huma ta’ benefi??ju g?as-suq, g?all-konsumaturi, kif ukoll g?all-kummer?janti – Ministru Helena Dalli

Fil-ftu? ta’ konferenza li trattat mezzi ta’ rimedju g?all-konsumaturi organizzata mi?-?entru Ewropew g?all-Konsumatur (ECC) b’kollaborazzjoni mal-AwtoritA� g?all-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur l-MCCAA, il-Ministru g?ad-Djalogu So?jali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet ?ivili Helena Dalli enfasizzat l-importanza li l-konsumaturi j?ommu ru?hom infurmati bid-drittijiet tag?hom skont il-li?i.

Il-Ministru Dalli qalet li fi ?mien fejn ix-xiri minn fuq l-internet qed ikompli ji?died, il-konsumaturi g?andhom ikunu jafu bil-mezzi ta’ rimedju differenti li je?istu li jipprote?u l-interessi tag?hom.

“Mezzi ta’ rimedju li huma effettivi huma ta’ benefi??ju g?as-suq, g?all-konsumaturi, kif ukoll g?all-kummer?janti,” qalet Dr Dalli.

Fissret kif meta konsumaturi jfittxu u jie?du rimedju, ti?died il-fidu?ja f’dawk il-kummer?janti li huma onesti u li jfittxu li jimplimentaw u jadottaw mi?uri li huma consumer friendly u li jag?tu lill-konsumaturi valur g?al flushom.

Il-Ministru Dalli semmiet kif permezz ta’ ?olqa ta’ tletin ?entru Ewropew tal-konsumatur madwar l-Ewropa kollha inklu? f’Malta, ting?ata g?ajnuna u assistenza lill-konsumaturi Ewropej f’ka? ta’ problemi ma’ kummer?janti f’pajji?i differenti madwar l-Unjoni Ewropea.

Meta rreferiet g?all-iStrate?ija tas-Suq Wa?dieni Di?itali (Digital Single Market), Dr Dalli qalet li permezz ta’ din l-istrate?ija, il-kummer?janti g?andu jkollhom opportunitajiet akbar u anqas restrizzjonijiet biex joffru l-prodotti u s-servizzi tag?hom onlajn.

I?-Chair tal-MCCAA l-In? Helga Pizzuto spjegat kif l-Uffi??ju tal-Konsumatur fi ?dan l-MCCAA mhux biss jara li l-operaturi fis-suq josservaw il-li?ijiet u li jkollhom pratti?i kummer?jali ?usti, imma jservi wkoll b?ala mezz ta’ rimedju fejn il-konsumatur jista’ jressaq l-ilment tieg?u, u minn hemm issir il-medjazzjoni mal-kummer?jant.

Hija qalet li meta l-medjazzjoni ma tkunx ta’ su??ess, il-konsumatur g?andu rimedju ie?or fejn ikollu ?-?ans li jwassal l-ilment tieg?u quddiem it-Tribunal g?at-Talbiet tal-Konsumatur.

Qalet li dan l-uffi??ju jag?ti wkoll g?ajnuna lill-bejjieg?a biex ikunu jafu l-obbligi tag?hom u jaqdu b’mod ?ust lill-konsumaturi. Fl-istess ?in, l-MCCAA bdiet tippremja anke lil dawk il-kummer?janti li qed joffru servizz tajjeb u j?abirku biex titjieb ir-relazzjoni bejn il-konsumaturi u l-kummer?janti.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll minn Dr Phyllis Bezzina mi?-?entru Ewropew tal-Konsumatur f’Malta, minn rappre?entanti tal-g?aqdiet tal-konsumatur u minn uffi?jali fi ?dan l-MCCAA fost o?rajn.

Source: Government of Malta