STQARRIJA MILL-UFFI??JU TAL-ISPEAKER: Il-Parlament tan-Nanniet 2018

Waqt il-Parlament tan-Nanniet ta’ din is-sena, l-Ispeaker Anglu Farrugia � li mexxa s-seduta � iddeskriva lin-nanniet bhala referenza utli ta’ kull familja u l-holqa li tghaqqad l-imghoddi mal-prezent u mal-futur tal-familja Maltija. B’hekk tiggedded il-hajja umana, qal l-Ispeaker, filwaqt li tenna s-sehem tan-nanniet fit-tigdid tal-poplu taghna.

Id-drawwiet tal-imghoddi jqanqlu nostalgija u jitqiesu bhala wirt l-imghoddi tal-poplu � il-memorja kollettiva tal-Maltin u tal-Ghawdxin. Fost dawn:

il-valuri ghonja tal-imhabba lejn pajjizna u lejn dak kollu Malti, inkluza l-lingwa Maltija,

ir-rispett lejn xulxin,

l-imhabba lejn il-familja,

l-imhabba lejn il-proxxmu,

is-solidarjetA� socjali u l-imhabba lejn iz-zghar tas-socjetA�,

ir-rispett lejn l-awtoritajiet,

iz-zamma tad-dixxiplina u tal-ordni,

l-imhabba taghna lejn il-wirt kulturali taghna,

l-integritA� u l-indafa personali,

il-harsien lejn l-ambjent naturali u storiku.

Dawn huma valuri ghonja li ghandna nibqghu nharsu tul iz-zmien. F’dan il-kuntest il-poplu ghandu jiggedded minn zmien ghall-iehor, ghalhekk in-nanniet ghandhom jitqiesu bhala l-holqa umana.

L-Ispeaker zied li jekk niftahru bis-successi ekonomici u socjali ta’ pajjizna, dan hu rizultat tal-hidma kollettiva taghna bhala poplu � rizultat tal-bzulija, tal-ghaqal, tas-sagrificcju, tal-perseveranza tal-Maltin ta’ qabilna kif ukoll tal-hidma kreattiva li dejjem naghrfu nibnu fuq it-tajjeb ta’ missirijietna.

Qabel, il-hakkiema barranin ma kinux fiducjuzi fil-prosperitA� u fil-viabbiltA� ekonomika u socjali tal-gzejjer Maltin, qal l-Ispeaker. Madanakollu l-mexxejja Maltin kienu ta’ opinjoni differenti u riedu r-riedni ta’ pajjizhom f’idejhom, minkejja kollox. Sa mill-kisba tal-Indipendenza fl-1964 u l-gheluq tal-bazijiet militari barranin f’Malta fl-1979 (il-Helsien), il-politika ekonomika u socjali hadet spinta differenti ‘l quddiem u hadd ma seta’ jaghraf l-interessi tal-Maltin ghajr il-Maltin stess.

Din trid tkun it-taghlima ta’ kull generazzjoni. Jehtieg inkunu fidili lejn l-interessi tal-Maltin, il-valuri ghonja li jsawru lin-nazzjon Malti li permezz taghhom inkisbu rebhiet, successi storici li lkoll iwasslu ghal aktar successi fil-futur.

L-Ispeaker appella lin-nanniet biex inisslu mhabba f’uliedhom u f’ulied uliedhom, imhabba lejn Malta, il-valuri ghonja u l-imhabba lejn Alla � li lkoll jaghmlu parti integrali mill-karattru taghna. Appella wkoll lill-ulied biex ihobbu, jghinu u jkunu hemm ghall-genituri taghhom.

L-Ispeaker ikkonkluda b’appell lill-awtoritajiet biex kull investiment li jaghmlu ghat-titjib tal-anzjani f’pajjizna jkun ghaqli u jhalli l-frott.

Is-seduta specjali tal-Parlament tan-Nanniet kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Parlamentari ghal Persuni b’DizabilitA� u AnzjanitA� Attiva Anthony Agius Decelis, mill-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia u mill-Membri Parlamentari Ivan Bartolo, Maria Deguara u Alex Muscat.

Source: Government of Malta